TITLE

Ma Kienx Coronavirus!

AUTHOR

Lucas Caruana

 
Name: Neville Calleja
Age:   43
Title:  Zerniq

Lejl kiesaħ.

Lejl għeri.

Lejl bla qamar u bla stilel.

Lejl tal-biża’.

Lejl ħalliel.

Lejl oħxon li fgali ħsusi.

 

U sebaħ…..

 

U l-gaġġa nfetħet

U l-ħsus reġggħu ġrew mal-vini kollha ta’ ġismi.

Il-lejl inkiser

U ma deherx iktar.

Dawl ħlejju idda fuqi

Ferħ kbir daħal f’qalbi.

 

Kif kellek il-wiċċ, ja lejl,

li ċċaħħadni minn dan kollu ?

 

Merħba, ja għodwa,

li miegħek ġibt is-sebħ.

 

Imn’Alla kont int,

għax issa qed napprezza kull m’għandi,

Kull ma jien…

Grazzi !

  • Instagram
  • Black Facebook Icon