Name: Julia Spiteri
Age:   9
Title:  Taptipa Fuq It-Tieqa

“Bumm, bumm, bumm!” Dak kien il-bieb. Tonin mar jiftħu. Quddiemu kien hemm l-inqas persuna li xtaq jara. Iz-zija Mari, mara ħoxna, kull suba’ d-daqs ta’ zalzett. Kienet liebsa ġakketta blu skura
u kellha basket enormi aħmar tal-ġilda. Għal Tonin kienet dejjem tkun ħolma kerha kull darba li tiġi toqgħod għandhom iz-zija għal ħmistax. Dejjem kienet iddejqu. Stedinha tidħol u malajr malajr
irnexxilu jaħrab għall-kamra tiegħu. Sakkar il-bieb warajh u ntefa’ fuq is-sodda. Beda jimmaġina li kien hemm xi dragun feroċi li jitfa’ n-nar u li kien qed jiġri wara z-zija Mari. F’daqqa waħda kif id-dragun kien se jibla’ liz-zija, sema’ taptipa fuq it-tieqa. 

 

Tonin għall-ewwel injora t-taptipa kompletament. Imma mat-tieni taptipa qam bi frustrazzjoni u mar jara x’kien. B’sorpriża kbira Tonin ra quddiemu pitirross ċkejken. Induna li waħda mill-ġwienaħ tiegħu kienet mgħaffġa. Tonin minn dejjem kellu mħabba speċjali għall-annimali u malli ra dak il-pitirross mill-ewwel fetaħlu t-tieqa. F’leħħa ta’ berqa Tonin sab kaxxa taż-żraben vojta u b’ġentilezza ta’ l-għaġeb daħħal l-għasfur fil-kaxxa. L-għasfur beda jgerrem ‘l hawn u ‘l hemm u meta kiel kemm felaħ, intefa’ ġo rokna tal-kaxxa u qagħad josserva l-kamra ta’ Tonin waqt li Tonin iċċassa lejh. F’daqqa waħda Tonin induna li l-għasfur kellu xi ħaġa imqabda ma’ saqajh. 

 

Tonin tbaxxa għarkuptejh u kważi deffes rasu ġo żaqq il-pitirross meta nduna li kien hemm karta qisha minn żmien żemżem mgħaffġa forma ta’ ċurkett ma’ saqajn l-għasfur. Mill-kitba kerha li kien miktub Tonin irnexxielu jaqra żewġ kelmiet. “Ejja warajja”. Tonin dawwar dawn il-kelmiet ġo moħħu sakemm wasal għall-konklużjoni li meta l-għasfur ifieq, jitlaq warajh. Għaddiet ġimgħa u l-pitirross fieq kompletament. Tonin ħareġ fil-ġnien bil-kaxxa taż-żraben u ħarrab l- għasfur. Beda jaħseb li se jkollu xi ġirja ġmielha warajh imma b’sorpriża kbira spiċċa taħt il-friegħi twal tas-siġra tal-ħarrub fil-ġnien tiegħu stess.

Tonin beda jħsares ma’ kullimkien b’għajnejn kbar daqs platt. Għall- ewwel beda jaħseb li l-affari kollha kienet xi ċajta goffa meta f’ħabta u sabta, kif għamel pass ‘il quddiem, ħass siequ nieħla ‘l isfel. B’sabta, Tonin waqa’ għal tulu ġo kuridur mudlam mimli sa ruħ ommu bi trab u għajqbut. Induna li l-unika sors ta’ dawl kien ġejminn toqba żgħira fuq rasu. Maġendu nduna li kien hemm l-għeruq ħoxnin tas-siġra ġo forma ta’ sellum. Tonin beda tiela’ ma’ l-għeruq biex jerġa’ jidħol id-dar biex iġib torċ u spag imbagħad jerġa’ jinżel biex ikompli jesplora. Wara ftit Tonin reġa’ tfaċċa hemm taħt. Rabat l-ispag ma’ waħda mill-għeruq u beda dieħel il-ġewwa.


Tonin żamm it-torċ quddiemu qisu xi xabla waqt li żamm l-ispag f’idu l-oħra ħalli ma jintilifx. Hu nduna li kien hemm numru ta’ passaġġi u kien hemm qishom kmamar ċkejknin ukoll. Tonin waqaf iħares lejn kamra minnhom meta ħa l-qatgħa ta’ ħajtu. Quddiemu ra wiċċ ta’ raġel kollu trab u ħmieġ. Kellu xagħar twil iswed u maħmuġ u għajnejn kannella. Tonin werżaq twerżiqa kbira. “Tgħajjatx sieħbi”, qallu dak ir-raġel b’leħen maħnuq, “M’hu se nagħmillek xejn!”. “Min int”, saqsa Tonin b’leħen ta’ wieħed li nesa kif jitkellem. “Jiena Wenzu u dan ix-xelter tal-gwerra”, qallu r-raġel. Tonin baqa’ bla kliem qisu bela’ lsienu. “Jien kont ili maqbud għaxar snin, niekol l- insetti u nixrob mill-għeruq tas-siġra.” Toni baqa’ mbellaħ. Meta fl- aħħar beda jifhem xi ħaġa, staqsa lil Wenzu, “Allura inti ktibtu dak il- messaġġ?” “Eżatt”, qallu Wenzu. “Dak Pitpit l-għasfur tiegħi.”

“Tista’ tgħini noħroġ minn hawn?,” staqsieh Wenzu. Bil-mod iċċaqilqu u ħarġu ‘l barra għax-xemx.

Daħlu ġewwa u spjegaw kollox liz-zija Mari u lill-mama’. Meta spiċċaw l-istorja ż-żija Mari għajtet, “Dan ħija!! Ħsibt li kien miet!” Ma dan il-kliem marret tgħannqu.

 

Minn dak iż-żmien, iz-zija Mari qatt ma dejqet aktar lil Tonin u bħala rigal xtratlu amorin jitkellem ħalli jibqa’ jiftakar f’Pitpit.

  • Instagram
  • Black Facebook Icon