Name: Raquela Abdilla
Age: 15
Title: Lil Ommi
L- omm hija ferm importanti fil- ħajja tal- bniedem.
Sa mill- ewwel ġurnata hi tipprova tkun mudell.
Qalbha tiftaħ biex tħobbok kif int u,
taprezzak bħalha tagħha l- bint.
B’ paċenzja kbira, attenta għall- ewwel kelma u l- ewwel passi.
Bi qsim il- qalb taraha ixxejjirlek, qabel dħalt għall- ewwel darba fil- klassi.
Tixtieqlek l- akbar ġid,
U tiegħek dejjem iżomm l- id.
Dejjem hemm tkun tistenniek,
Biex titgħallem u tistudja hi twissik.
Biex tieħu l- edukazzjoni bl- akbar serjetà,
Tiġi taqralek storja qabel torqod b’ sens ta’ responsabbiltà.
Ommok, għalik hi kollox!
Meta jkollok bżonn, tgħinek.
Meta jkollok id- dwejjaq, tferrħek.
Tħobbok kif int,
Tgħinek tikber u tiżvilluppa karattru sod,
Magħha tibni relazzjoni qawwijja ta’ mħabba bilmod.
Issir tafdak b’ għajnejha magħluqin,
u inti tirrispettha bla ebda kejl jew użin.
Tħobbha dejjem imħabba tal- ġenn
Għax mill- ewwel ġurnata fiha tkun sibt għajnuna u kenn.
Tagħmel x’ tagħmel, tħobbok ħafna.
Ma timmaġinax kemm.
Wara kollox id- demm qatt ma jsir semm!
Nirringrazzja lill- ommi ta’ kull ma tagħmel għalija illum,
U kemm għad trid tagħmel fil- ġejjien,
Għax mingħajr l- imħabba tagħha jien illum żgur ma kontx inkun dak li jien!