Name: Emma Portelli Plum 
Age:   6
Title:  L-Avventura ta Max u Emma

Jiena u il-familja tiegħi nigħxu fil-kampanja. Ommi, missieri, hija Julian, jien Emma u il-qattus Max. Il-qattus tiegħi Max  kien speċjali għax kien jaf jitkellem. Il-qattus kont sibtu jiġri barra, kienu għadu zgħir ħafna u jien tħassartu u ħadtu id-dar miegħi. Ommi tgħidtx kemm ħadet grazzja miegħu u ħallitni inżommu. Tgħidtx kemm qbiżt u fraħt meta f’daqqa waħda l-qattus qalli “mwa mwa kemm taqbeż”. Jien u ommi ħadna qata’ kbira u ma flaħniex nitkellmu bil-biża u tlaqna niġru. Imbagħad smajna il-qattus jibki u ma konniex nafu jekk ma mmorrux ħdejh jew le. Ommi qaltli ejja mmorru ħdejn ha nara x’għandu. X’ħin wasalna ħdejh il-qattus u qalilna “Jien vera jddispjaċini li tajtkom qata’ kbira. Imma nista’ nibqa’ magħkhom”. Ommi qaltlu “Iva inżommuk, imma importanti li nżommuh sigriet li taf titkellem”. Jien u Max sirna ħbieb kbar u kont nieħdu kullimkien miegħi. 

 

Darba jien u Max ħrigna nilgħabu fil-kampanja meta f’daqqa waħda rajna passaġ u kellhu marki sofor inpenġin. Jien kont interessata x’ hem, hemm ġew u għidt lil Max biex nimxu mal-passaġ. Max beda jibża’ jiġi imma jien ikkonvenċejtu. X’ħin bdejna mixjin sibna ħajt kbir miksi bil-ħaxix. Imma Max qalli dak mhux ħajt imma ħaxix.  X’ħin dawwart wiċċi biex ngħidlu biex nippruvaw nidħlu Max kien sparixxa. Jien vera bżajt u bdejt ngħajjat “Max Max fejn qiegħed”. Max beda jgħajjat “Iġri .. idħol min ġol-ħaxix, ejja ara kemm hawn sabieħ”. X’ħin dħalt rajt  siġar u fjuri sbieħ, li qatt ma konna rajna bħallhom,. Kien post mill-isbaħ. Jien u Max tgħidtx kemm ħadna gost nilghabu u nesploraw. 

 

Jien u Max vera fraħna li konna sibna post sigriet għalina fejn inkunu nistgħu nilgħabu u nitkellmu flimkien.


 

  • Instagram
  • Black Facebook Icon