Name: Mattea Zammit
Age:   10
Title:  Kappell Maġiku

Kien is-Sibt filgħodu, ġurnata sabiħa fir-rebbiegħa.  Ma kienx hemm sħaba waħda tidher fis-sema.  Iddeċidejt li mmur nqatta’ l-ġurnata għand in-nanna Karmena.

Waqt li kont miexja għal-għonq it-triq minn taħt għajnejja lmaħt xi ħaġa stramba.  Dlonk qsamt it-triq u fuq il-bankina sibt kappell.  Il-kappell kien ftit kbir, magħmul minn drapp kanella u b’ żewġ buttuni sofor fil-ġenb.  Bdejt naħseb bejni u bejn ruħi li l-aħjar ħaġa li bbettakienx kappell tas-soltu.  Dan il-kappell beda jkellimni u qalli li jismu Rinu.

Talabni nżommu miegħi biex ikun jista’ jeħodni għall-avventura unika.  Jien ma stajt nifhem xejn x’ kien qed jiġri.  Rinu beda jispjegali li konna fi triqitna lejn Pariġi.  Ħsibtni qed noħlom imma ma domtx wisq ma ndunajt li Rinu kellu raġun.  X’ meravilja kien hemm!  It-torri Eiffel majestuz f’ nofs ta’ pjazza mdawwar b’ ħafna fjuri kkuluriti, filwaqt li x-xmara Seine tkompli toħloq atmosfera stupenda f’ din il-kapitali.  Tlabt lil Rinu biex noqogħdu nistrieħu ftit fuq bank fil-viċin biex inkun nista’ ngawdi u nitpaxxa bis-sbuħija li taf toffri l-belt ta’ Pariġi.  Pero’ kien kollu għalxejn għax Rinu ried jeħodni Londra u jdawwarni kemm jista’.  Rinu insista li l-għaxqa tiegħu hi meta jkun mat-tfal. 

 

Wara ftit tal-ħin sibt ruħi f’ post ieħor ferm differenti.  Ma stajtx inlaħħaq nara kollox.  Rinu beda jurini u jgħidli ,“Dak il-Big Ben, dik il-London Eye, dak il-palazz pittoresk tar-reġina Elżabbetta II ”  Qalbi bdiet tħabbat sitta sitta għax il-ħolma tiegħi dejjem kienet li nidħol f’ Buckingham Palace.  L-għaraq beda jxoqq għalija hekk kif bdejna telgħin it-taraġ.  Jien bqajt impressjonata b’ dak li kont qed nara.  Ma’ stajtx nemmen lil għajnejja imma fl-istess ħin kont qed nieħu ħafna gost.  Rinu avvżani li kien sar il-ħin biex immorru lura lejn id-dar u wegħdni li nkomplu darba oħra.  Jien qatt ma kelli x-xorti li nirkeb ajruplan u mmur niskopri pajjiz ieħor qabel.  Kien propju Rinu li qatali xewqti!

Filgħaxija ħriġt bih f’idejja ferħana se ntir.  F’daqqa waħda raġel twil u pulit resaq lejja u qalli li dak il-kappell huwa tiegħu, tarlu bir-riħ waqt li kien miexi.  Jien ksaħt dak il-ħin, ma kontx naf x ser naqbad ngħidlu.  Ma xtaqtx nirħi li Rinu minn idejja.  Kontra qalbi kelli nagħtihulu lura.  Ħassejtni ħafna mdejjqa imma ma kellix għazla oħra.  Din kienet esperjenza unika li żgur ser tibqa’ ittimbrata f’ moħħi.  Tgħid jirnexxieli nerġa’ niltaqa ma Rinu? Tgħid, kieku fejn jeħodni?

  • Instagram
  • Black Facebook Icon