Name: Sean Azzopardi
Age:   16
Title:  Fil-Pranzu

Hemm jinsab missieri

U ommi maġenbu,

Oħti ftit moħbija,

Iżd’ hemm hi, fil-pranzu.

 

In-nannu u n-nanna,

In-nanna u n-nannu,

Żewġ koppji anzjani

Mdeffsin fil-pranzu.

 

Il-kelb fuq il-mejda,

Kontra x-xewqa tal-‘mummy’,

Komdu u hieni

B’ missieri jogħroklu t-‘tummy’.

 

Fin-nofs hemm tifel,

Iva qtajtu -

Dak jiena,

Mimli b’ imħabba ghal dawk kollha madwaru,

Madwaru fil-pranzu,

Fil-pranzu madwaru.

  • Instagram
  • Black Facebook Icon