Name: Jade Borg
Age: 11
Title: In-Nanniet
Persuni importanti għalija
Żgur mhux forsi n-nanniet,
Għandi mħabba kbira lejhom
Spiss nitfagħlhom xi bewsiet
In-nannu jħobb isaqqi u
In-nanna tħobb ħafna tħit,
Kultant imorru passiġġata,
Dejjem jimxu id f`id
U xi ngħidu għall-ikel tagħhom,
Kemm hu tajjeb, x`waħda din!
Ikollu riħa taqsamlek qalbek,
Dejjem isajru ikel bnin
Vera ninsab grata għax għandi
Żewġ nanniet ħelwin,
Kburija bin-nanniet tiegħi
Dejjem jibqgħu f`qalbi miegħi!