Name: Kyle Attard
Age: 14
Title: Il- Perspettiva Tal- Gratitudni
Jien lejn it- tobba ul- infermiera ninsab grat,
Flimkien jitqabbdu ma virus bil- mewt armat,
Wieħed lid- dinja qatt bħalu ma kienet rat,
Qalbiena, jiddefendu d- dinja li ġewwa drat,
Ninsab grat lejn ommi mara twajba u ħanina,
Li f’ dan iż- żmien mitlufa thedda fil- kċina,
Waqt li twenissni, issajjar ikla tajba u bnina,
Tissokta ttenni li l- missier qatt m’ hu ser jinsina,
Nuri gratitudni ukoll lejn il- forzi armati us- suldati,
Lil dawn, id- dinja żgur premju għanda tagħti,
Dawn minflok bl- armi, bit- temperaturi saru armati,
Jekk tinqabad minnhom l- isptar tmur minflok fil- qrati,
Ninsab grat lejn dawk kollha vulnerabbli u anzjani,
Li jaraw bis il- familjari ul- għeżież minn wara l- persjani,
Waqt li jisimaw fuq il- faqar u tbatija kbira tal- Afrikani,
Fuq iż- żmien traġiku li għaddejjin minnu t- Taljani,
Jien żgur grat lejn dawn in- nies kollha li semmejt,
Tgħid dawn l- eroj ta’ żmiena jiena staqsejt,
Tgħid ftit żmien ieħor lil dawn ser inkun nsejt,
Le, qatt lil dawn minn ħsibijieti mu ħa nkun ħallejt,