Name: Lara Giordmaina
Age: 11
Title: Ic-Caqgha
Kieku kelli ċaqgħa ċaqgħa
Nimla vażett ċkejken tal-ħġieġ,
Npoġġi waħda wara l-oħra, Dan żgur jimtela minnufih.
Kieku iċ-ċagħaq kienu il-Grazzi
Li jien ngħid meta jkun hemm bżonn,
Tgħid il-vażett kieku jimtela?
Jew jibqa’ vojt sal-aħħar dlonk?
Għax minn filgħodu sa filgħaxija
Ikun hemm ħafn’okkażjonijiet
Fejn jien ngħid Grazzi minn qiegħ qalbi
Lill-qraba, l-ħbieb u liz-zijiet.
Grazzi ‘l-għalliema u lill-ħaddiema,
Lill-ġenituri u wkoll lil ħuti.
Kull darba li jien ngħid din il-kelma
Nkun qed noħroġ ċaqgħa minn buti.
U npoġġiha ġol-vażett ċkejken
Bit-tabella GRATITUDNI.
Nferraħ lil min ikun għeni
W tiegħi japprezza l-attitudni.