Name: Krista Pisani
Age:   7
Title:  Gratitudni

F’ħajja mżejna b’kull kulur, kultant naqghu fil-monotonija

Imma ma rridux nkunu pessimisti u minflok nfittxu l-armonija

 

Kemm hu sabih li napprezzaw, inħobbu u nixxalaw

Ngawdu n-nies għeżież u lil Alla naduraw

 

Insibu ħin għal kollox u f’ħajjitna jkollna rutina

Inkella nisfrattaw u naqgħu fir-rovina

 

Jekk nirriflettu naqra u nħarsu ftit madwarna

Niskopru aktar s-sbuħija ta’ Malta tagħna

 

Xi ġmiel ta’ natura u nies li jħobbuna

Esperjenzi ġodda li lilna jkabbruna

 

U mela ejja ħa ma naqgħux fis-solitudni

U flimkien niċċelebraw l-gratitudni!


 

  • Instagram
  • Black Facebook Icon