TITLE

Ma Kienx Coronavirus!

AUTHOR

Lucas Caruana

 
Name: Nicholas Agius
Age:   49
Title:  Għażiż Missier

Kemm inħossni ixxurtjat

Inħossni kburi u honorat

Inħossni mfissed u issetiljat

Bl-imħabba tiegħek immeraviljat

U lejk kemm jien obligat

U għal għomri inħossni grat

 

Kemm bagħtejt u stinkajt

Biex lili nikber inti rajt

Minn filgħodu sa filgħaxija

Kemm sagrifiċċji għamilt għalija

 

Jiena żgħir u inti kbir

Int jistħoqlok kull tifħir

X’ħin inqum niftakar fik

Ngħid jiena x’nista nagħmel għalik?

 

U Meta fl-aħħar jasal dak il-mument

Li żgur ħadd minna ma jkun kuntent

 

meta mmorru niltaqgħu mal-ħallieq

Fil-kas wieħed lill-ieħor inlestu t-triq

 

Kif għandom jagħmlu iben u missier

Minn qalbi s-sliem għalik għażiż missier

  • Instagram
  • Black Facebook Icon