Name: Yasmin Vassallo
Age: 16
Title: Dan Il-Kliem
“Nawguralek
it-tarbija b’saħħitha.” Hekk
nieħdu pjaċir nisimgħu.
Iżda min jaf din il-ħajja
ġdida xis-sarraf.
Jekk tikber u ssir
qattiel, kont tkun trid
tisma’ dan il-kliem?
Jekk qas ħjiel ta’
gratitudni ma turi,
x’jiġri umbad?
L-omm is-seftura
u l-missier il-bank,
fejna l-gratitudni
tat-tarbija ċkejkna
li saret tfajla ftit
sekondi ilu?
X’jiġri jekk
t-tarbija ċkejkna
li għandek f’idejk
ma tkun xejn
milli ħsibt int?
X’jiġri mill-gratitudni
tiegħek, lejn it-tarbija
ċkejkna li int tajtha ħajja?
Fejna din il-gratitudni
li kulħadd jsemmi?
Min jaf...