Name: Krista Pisani
Age:   7
Title:  Il-Ħolm Tiegħi Fl-Avventura Ta' Ħajti

L-ikbar avventuri li wieħed jista’ jkollu hu li jgħix il-ħajja tal-ħolm tiegħu. 

 

Kieku kelli stikka maġika li tista’ tibdilli l-ħolm tiegħi f’realta’ tgħidx kemm ntiha x’tagħmel. Kemm nitlobha pupi tal- LOL’s... kemm ngħidilha biex tgħinni nkun aħjar fil-ġinnastika u anke’ nitlobha bil-ħniena biex ssib soluzzjoni għal dan l-imbierek Corona Virus...li qalbilna ħajjitna ta’ taħt fuq.

Imma din l-istikka maġika ma ssib tixtriha minn mkien. Biss jien nista’ nsir maġika billi naħdem fuq il-ħolm tiegħi. Iktar ma nikber iżjed nirrealizza li dak li naħdem għalih u jekk nirsisti ħafna sa fl-aħħar nista’ nwettaq dak li noħlom għalih. 

 

Daż-żmien li ġie fuqna f’daqqa waħda nħossu ħawwadna imma għallimni ħafna wkoll. Qabel ma kontx nifimha ħafna lill-mama’ meta tgħidli biex napprezza iktar dak li għandi. Imma meta f’daqqa waħda, ħajti bħal waqfet f’daqqa, fhimt kemm iktar irrid nagħmel l-aħjar minn kull ġurnata. Grazzi ghat-teknoloġija stajt nibqa’ kuntatt mal-għalliema u anke’ ma’ sħabi. Ikolli wkoll lezzjonijiet virtwali tal-ġinnastika. B’hekk qed inkompli naħdem fuq il-ħolm tiegħi. Ġieli nkun se naqta’ qalbi jew ma jkollix aptit...

Naħseb kulħadd ikollu minn dawn il-mumenti hux? Tafu x’nagħmel jien?

Meta nkun se nitlef id-direzzjoni, mmur ftit waħdi f’kamarti. Hemmhekk noqgħod ftit kwieta naħseb ftit...Ġo fija nisma’ bħal leħen...hemm leħen minnhom li jgħidli biex inkompli ngawdi ħajti u naħdem fuq il-ħolm tiegħi u hemm leħen ieħor...Leħen ikrah u li xejn ma nħobbu jien. Dan tal-aħħar joqgħod iħajjarni naqta’ qalbi u nitgħażżen... 

‘Imme le ħej! Min jorqod ma jaqbadx ħut!’
Jiena prinċipessa unika li ħalaqni l-Mulej! Lili jħobbni ħafna u jridni ngħix ħajja sabiħa u kif togħġob lilu. Mela ejja ħa nilbes il-kuruna inviżibbli fuq rasi u nkompli ngħix din l-avventura sabiħa...

Il-ħolm tiegħi mhux biss hu li nilħaq prinċipessa tajba fil- ġinnastika u brava fl-iskola...Nixtieq li nikber u nsir mara li tkun kapaċi tirrispetta u tifhem lil ħaddieħor. Nixtieq li nkun ħabiba sinċiera li taf tisma’ u tagħmel kumpanija lil min hu mdejjaq u waħdu. Nixtieq li nibqa’ ngħożż lill-familja li tant nħobb u li dejjem jemmnu fija u fil-ħolm tiegħi. Nixtieq li jkolli karattru sod biex nibqa’ inkun kapaċi nagħraf it-tajjeb mill-ħażin u jkolli l-ferħ veru f’qalbi u nkun kapaċi naqsmu ma’ ta madwari.

Għalissa se nibqa’ nahdem biex inkun tifla matura biex ngħix żgur din l-avventura...qalbi żgur ma’ naqta qatt ħa nilħaq prinċipessa li d-dinja qatt ma rat!

  • Instagram
  • Black Facebook Icon